gov.mt

PR261533

PR261533

23/09/2026

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL



Skont il-Kap. 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċeviet mingħand l-operatur involut, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment fih livelli eċċessivi ta' Tropane alkaloids (Atropine u Scopolamine).

 

Tropane alkaloids huma grupp ta' sustanzi kimiċi li huma responsabbli għall-effetti tossiċi naturali ta' ċerti pjanti. Il-konsum ta' dawn il-kimiċi f'ammont eċċessiv jista' jkun tossiku għall-bniedem u għall-annimali.

 

Deskrizzjoni tal-Prodott:

“Mais Per Pop Corn"

 

pr261533a.jpg
PR261533b.jpg
Ditta:Fior di Loto
Użin:400g
Numru tal-Lott: L60183
Dati tad-durabbiltà:

18/06/2028

27/03/2028


 

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefon +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz [email protected].